Lil min se naraw fuq il-qoxra ta’ barra ta’ FIFA 17? – One News

Notifiki

Lil min se naraw fuq il-qoxra ta’ barra ta’ FIFA 17?

L-istilla tal-football Marco Reus, li huwa plejer tal-Borussia Dortmund ntgħażel biex ikun fuq il-qoxra ta’ barra tal-logħba tant popolari FIFA 17.

Din l-għażla saret wara kompetizzjoni li għaliha pparteċipaw il-plejer ta’ Chelsea Eden Hazard, il-plejer ta’ Manchester United, Anthony Martial, kif ukoll il-plejer tar-Real Madrid James Rodriguez. Għal din il-kompetizzjoni ivvottaw aktar minn 3 miljun persuna. FIFA17PRExone2DPFTglo

Dan huwa unur ieħor għall-plejer ta’ 27 sena wara li ntagħżel ukoll biex ikun il-captain ta’ Borussia Dortmund.

Il-plejer Ġermaniż tas-sena 2012, stqarr li huwa jħossu onorat li anke hu se jkun qed jitniżżel bħala wieħed minn dawk il-plejers li ntgħażlu għal dan l-unur.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend