DOUBLE STANDARDS BIL-MAĠISTRATI WKOLL

• Jilmenta minn Maġistrat eks PL, imma mhux minn Maġistrat eks PN

L-avukat Jason Azzopardi lmenta u talab li kawża li fetaħ is-Sindku tar-Rabat Għawdex, Samuel Azzopardi, ma tinstemax quddiem il-Maġistrat Joanne Vella Cuschieri. Dan għax kienet kandidat tal-Partit Laburista. Meta mistoqsi jekk kienx jagħmel l-istess ilment li kieku l-kawża kienet assenjata lil Paul Coppini, eks kandidat tal-Partit Nazzjonalista, bla mistħija wieġeb li le.

Jason Azzopardi u Kris Busietta qed jidhru għal Samuel Azzopardi, is-Sindku tar-Rabat li nstab ħati li saq taħt l-effett tal-alkoħol u rrifjuta li jagħmel test tan-nifs. Dan fi proċeduri ta’ libell li Azzopardi fetaħ kontra l-Ministru Anton Refalo, b’rabta ma’ kummenti li għamel fuq l-istess każ.

Meta dehru quddiem il-Maġistrat Vella Cuschieri, Azzopardi qal li fid-dawl li din hi kawża ta’ libell magħmula minn politiku kontra politiku ta’ partit ieħor, il-Qorti setgħet tidher bħala mhix imparzjali. Għaldaqstant talab li Vella Cuschieri ma tismax il-kawża li beda s-Sindku, li wara li nstab ħati, reġa’ nħatar fil-kariga tiegħu u saħansitra talab li ma jiskotax sospensjoni tal-liċenzja.

Filwaqt li kwota artikli tal-liġi u konvenzjonijiet, Azzopardi nsista dwar it-talba tiegħu. Iżda mbagħad il-Qorti għamlitlu mistoqsija sempliċi.

“Li kieku l-kawża ġiet assenjata quddiem il-Maġistrat Paul Coppini, li kien kandidat tal-Partit Nazzjonalista qabel sar Maġistrat kien jitlob l-istess?” Jason Azzopardi wieġeb: “Le”

Hawn il-Maġistrat Joanne Vella Cuschieri, li tkun assenjata liema kawżi tisma mill-Prim Imħallef, iddikjarat li meta nħatret fil-kariga, ħadet ġurament ta’ indipendenza u imparzjalità, dejjem hekk imxiet u hekk se timxi. Għaldaqstant irrifjutat it-talba ta’ Azzopardi u ordnat biex f’Ottubru tkompli tisma’ l-każ.

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

5 Comments

  1. Dan s’sensih jew?!!! Eh it-traċċi tal-antenati hemm qegħdin!!! Dawn qatt ma’ stħaw ta’! Għax ma’ jibdiex jagħżilhom azzopardi l-maġistrati u l-imħallfin!! Jew aħjar…. jaqta s-sentenzi huwa wkoll!!! Kuntent hekk jason???

  2. Mela allura b`istess ragunar il-PL misshu ma accettax li L-imhallef Schembri Orlando tisma il-kas taz-zewg siggijiet u ballec qattatu favur il-PN. Din ukoll darba kienet Kandidata tal-PN.

  3. Imsieken il-laburisti mela ghax tlett kwarti jew aktar tal-gudikanti huma nies b’tendenzi qawijja nazzjonalisti u konnessjonijiet familjari kbar ma’ esponenti u mexxejja tal-PN.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend