FATALI: Tfajla ta’ 17-il sena tmut f’inċident tat-traffiku – One News

Notifiki

FATALI: Tfajla ta’ 17-il sena tmut f’inċident tat-traffiku

Tfajla ta’ sbatax -il sena tilfet ħajjitha f’inċident tat-traffiku dalgħodu fi Triq Mikiel Anton Vassalli. It-tfajla kienet fil-karozza ma’ ħuha li għal xi raġuni tilef il-kontroll u baqa’ dieħel f’ħajt. Fil-karozza kien hemm passiġġier ieħor li flimkien mas-sewwieq ittieħed l-isptar Mater Dei. Il-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa. 

DWAR DAN L-INĊIDENT IL-PULIZIJA BAGĦTET DIN L-ISTQARRIJA

Kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-ħamsa (05000hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident stradali fi Triq Mikiel Anton Vassalli, fil-limiti tal-Kappara (Tas-Sliema).

Il-Pulizija mill-Għassa ta’ Tas-Sliema marret minnufih fuq il-post fejn hemmhekk ġiet innutata vettura tat-tip Toyota Vitz b’xi ħsarat.  Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija jidher li waqt li l-vettura kienet qed tiġi misjuqa direzzjoni minn San Ġiljan lejn Tas-Sliema, is-sewwieq – ġuvni ta’ 23 residenti Ħal Balzan għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu u kellu impatt l-ewwel aktarx ma’ ħajt u sussegwentement ma’ vettura oħra.  Passiġġiera fil-vettura kien hemm żewġ persuni oħra, oħt is-sewwieq li għandha 17-il sena u ġuvni Daniż ta’ 18-il sena, it-tnejn residenti wkoll Ħal Balzan.

Fuq il-post issejjaħ team mediku mill-Isptar Mater Dei.  Sfortunatament, it-tfajla sofriet ġrieħi serji u tilfet ħajjitha fuq il-post.

Filwaqt li ż-żewġ ġuvintur ittieħdu l-Isptar sabiex jingħataw il-kura medika.  Aktar tard il-Pulizija ġiet infurmata li l-ġuvni Daniż sofra ġrieħi ta’ natura ġravi, filwaqt li s-sewwieq ma’ sofra ebda ġrieħi.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr D Frendo Dimech LLD li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.

Intant, il-karreġġjati direzzjoni minn San Ġiljan lejn Tas-Sliema huma magħluqa għat-traffiku u ser jinżammu magħluqa għal xi ħin.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

vitz

IMG_2572

acc2

Ritratti: Nicole Buttigieg

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

3 Comments

  1. X andu x jaqsam it tarmak jekk kienu ghaddejjin gass mal pjanca u wisq probabbli fi sakra nahseb l ebda tarmak ma jsalvak dak il hin

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend