Niżvelaw iktar dwar ta’ Said u n-Nadur – One News

Notifiki

Niżvelaw iktar dwar ta’ Said u n-Nadur

Il-139 biċċa xogħol li ħa Peter Paul Said mill-Kunsill Lokali tan-Nadur swew xejn inqas minn €117,457.54.

Peter Paul Said ħa dawn ix-xogħlijiet bejn Jannar elfejn u tlettax u April li għadda – meta l-Kunsilli Lokal tan-Nadur kien immexxi minn żewġ aħwa ħutu Charles Said u Edward Said.

Dawn kollha huma aħwa ta’ Chris Said li hu wkoll kien Sindku tan-Nadur.

Fl-aħħar ġimgħat, rapport tal-Bord tal-Governanza innota nuqqasijiet kbar fil-mod kif kien jaħdem Charles Said.

Iżda f’tagħrif esklussiv li ppubblika l-ġurnal KullĦadd, jirriżulta kif minbarra dan, inġibdet l-attenzjoni li tista’ ssir investigazzjoni ħafna aktar fil-fond dwar il-mod li bih l-eks sindku tan-Nadur Charles Said kien iqassam xogħol lil ħuh.

Minn x’ħin il-Ħadd filgħodu kienu żvelati dawn id-dettalji ġodda dwar kif Tal-Ganga jaħdmu fin-Nadur iddomina s-skiet mill-Partit Nazzjonalista u l-protagonisti tal-każ infushom.  

Chris Said uża Facebook biex tkellem dwar kwistjonijiet oħra, iżda mhix din.

Anke jekk il-Ħadd filgħodu kienet id-diskussjoni fuq fomm ħafna fil-pjazza tan-Nadur fejn lil ta’ Said jafuhom sew.

Jirriżulta li jeżistu volumi ta’ dokumentazzjoni dwar l-użu ħażin ta’ fondi pubbliċi mill-Kunsill Lokali tan-Nadur.

Fatti li jkomplu jgħaqdu mal-indħil ta’ Chris Said fl-allokazzjoni ta’ fondi lill-Kunsill Lokali, meta kien hu Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli. Indħil li ħareġ ċar f’investigazzjoni li ħejja l-Uffiċju tal-Awditur Ġenerali, u li ġabru f’kelma waħda: ‘unwarranted’.

Aqra wkoll: Ganga style 

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. xi hadd min naha tal gvern jista jispjegalna kif wiehed jiehu 139 bicca xoghol fi tlett snin mil maggoranza mit tlett snin kienu taht GVERN LABURISTA u kollox jibqa ghaddej. kullhadd frisk daqs hassa ….jekk ma tittihedx azzjoni fejn hemm bzonn allura dan huwa kollu smokescreen

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend