Infermier illiberat minn akkużi li sawwat tifel b’diżabilità

Brady Bezzina, infermier ta’ 25 sena ġie lliberat mill-akkuża li sawwat tifel b’diżabilità waqt li kien qed jingħata l-kura fl-Isptar Mount Carmel.

Dan wara li fil-Qorti ħareġ li t-tifel t’għaxar snin kien hedded li jgħid lil ommu li qed jiġi msawwat biex jinħareġ u jkun jista’ jitlaq mir-residenza.

Il-każ seħħ f’Settembru li għadda, meta l-infermier kien ġie akkużat li b’negliġenza, ħalla lit-tifel iweġġa’ ħafif.

L-akkużat ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih, u baqa’ konsistenti fil-verżjoni tiegħu; b’kutrarju għat-tifel, li f’mumenti fix-xhieda tiegħu kien kontradittorju.

Investigazzjoni interna li saret mill-Isptar Monte Karmeli, sostnuta minn ċertifikat mediku, turi li t-tbenġil li nstabu fuq il-minuri kienu kawża tal-mod godd li bih kien qed jixxengel min-naħa għall-oħra fuq is-siġġu tar-roti.

Għaldaqstant il-Qorti ħelset lill-infermier minn kull akkuża.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend