AĠĠORNAT: Possibilità ta’ kolp ta’ stat fit-Turkija – One News

Notifiki

AĠĠORNAT: Possibilità ta’ kolp ta’ stat fit-Turkija

01:10

F’dan il-filmat jidhru numru ta’ nies li jappoġġjaw lill-President Erdogan jitilgħu fuq tank u jsawtu lill-uffiċjal tal-militar. Huma jinstemgħu jgħajjtu isem il-President.

 

01:05

Il-kamra tal-aħbarijiet tal-istazzjon Nazzjonali Tork, stqarret li nqatlu 17-il pulizija f’attakk mill-ajru. Dan l-attakk sar fuq il-kwartieri ġenerali tal-forzi speċjali tal-Pulizija f’Ankara. Intant żewġ ajruplani tat-tip F-16 waqqgħu ħelikopter militari li kien qed jintuża għal dan il-kolp ta’ stat.

01:00 Ikompli l-isparar, din id-darba f’Istanbul.

00:55

Filmati li juru sparar minn ħelikopter fuq nies li ħarġu jipprotestaw f’Ankara.

00:52

Suldati Torok sparaw fuq numru ta’ persuni li kienu qed jippruvaw jaqsmu mill-pont ta’ Bosphorus f’Istanbul. Sorsi jikkonfermaw li weġgħu xi nies.

00:46

Fl-ajruport inġabru bosta nies biex jingħaqdu mal-appell tal-President Erdogan.

13730752_10210419977436171_1169526707_o.png

00:37

Jinstemaw sparaturi fejn l-Ajruport ta’ Istanbul.

00:33

Numru ta’ helikopters militari fetħu n-nar fuq l-Aġenzija Nazzjonali tal-Intelliġenza.

00:27

Waqt filmat live fuq Twitter jinstema l-kliem ta’ ‘Allah u akbar’.

Screen Shot 2016-07-16 at 00.25.36

00:22

Uffiċjal għoli Tork qed jgħid li l-forzi leali qed jieħdu kontroll biex ineħħu l-Gvern Tork.

Screen Shot 2016-07-16 at 00.20.15

00:13

Ritratt tal-folla li qed tinġema’ f’Istanbul f’rispons għall-appell tal-President Tork.

Screen Shot 2016-07-16 at 00.12.17

00:00

Facebook, Twitter u siti soċjali jidher li m’għadhomx aċċessibbli fit-Turkija. L-istazzjoni televiżiv nazzjonali mhux qed ixandar.

23:51

Skont CNN Turk, seħħet splużjoni fi stazzjon tat-televiżjoni tal-istat. Ġurnalisti ta’ Sky News ingħataw ordni jiefqu jirrapportaw minn membri tal-militar.

23:45

Il-President Tork Recep Tayyip Erdogan qal li se jegħleb dik li sejħilha rewwixta ta’ minoranza. Permezz ta’ kollegament telefoniku mal-istazzjon CNN Turk, Erdogan qal li dak li qed jiġri fit-Turkija se jkun milqugħ bir-rispons li hu meħtieġ, u sejjaħ lin-nies jinżlu fit-toroq sabiex jopponu dak li ħafna qed jistqsu hux kolp ta’ stat. Screen Shot 2016-07-16 at 00.03.57

AKTAR KMIENI

Grupp mill-armata Torka iddikjara li ħataf il-kontroll tal-pajjiż. Mhux konfermat b’mod uffiċjali jekk hux kolp ta’ stat.

Permezz ta’ stqarrija minn dan il-grupp fuq l-istazzjon televiżiv NTV, intqal li l-poter fil-pajjiż inħataf kompletament.

Bħalissa fit-Turkija pontijiet ewlenija jinsabu magħluqa u ajruplani qed jittajru fil-baxx. Il-Prim Ministru Biali Yildirim aktar kmieni kkundanna azzjoni illegali minn dak li ddeskriva bħala grupp militari, iżda sostna li ma kienx kolp ta’ stat. Aktar tard però, is-sitwazzjoni qalbet għall-agħar.

Traffiku jinsab wieqaf u hemm rapporti ta’ sparaturi fil-kapitali Ankara. Hemm rapporti wkoll ta’ tiri sparati barra l-kwartieri tal-Pulizija f’istanbul u membri mill-militar huma stazzjonati barra l-ajruport ta’ Istanbul. Kull titjijra ġiet ikkanċellata.

Il-President Recep Tayyip Erdogan huwa irrapportat sigur mill-aġenzija tal-aħbarijiet CNN, iżda m’hemm ebda dettal ieħor provdut.

Mhux magħruf min qed jirrappreżenta dan il-grupp militari.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend