Sħana u ballun – x’se jiġri? – One News

Notifiki

Sħana u ballun – x’se jiġri?

Illejla se tintlgħab il-partita Birkirkara kontra Hearts fl-istadium ta’ Hibernians.

Birkirkara se jkunu qed jilgħabu l-ewwel leg tat-tieni rawnd biex jikkwalifikaw għall-gruppi tal-Europa League.

Il-midfielder ta’ Hearts, Don Cowie, irritorna fl-iskwadra wara li ma lgħabx fir-rawnd tal-ftuħ wara li kellu injury. Filwaqt li din il-ġimgħa, Birkirkara ffirmaw il-plejer Dejan Djordjevic.

Birkirkara għaddew b’aggregate ta’ 3-1 kontra NK Siroki Brijeg wara li rebħu t-tieni leg bl-iskor ta’ 2-0.

Fil-kummenti tiegħu l-kowċ ta’ Hearts,Robbie Neilson, stqarr li hija diffiċli ferm biex dan it-tim jipprepara għal din il-partita, dan għaliex it-temp fl-Iskozja huwa wieħed kiesaħ filwaqt li f’Malta it-temperatura hija ferm ogħla.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend