“Nippreżentawlkom lil Ben” – L-ewwel adozzjoni ta’ koppja gay – One News

Notifiki

“Nippreżentawlkom lil Ben” – L-ewwel adozzjoni ta’ koppja gay

“Illum nistgħu nintroduċu lit-tifel tagħna; se nibqgħu grati għal dejjem għal dan il-mument, se nkunu nistgħu ngħixu l-ħolma tagħna li nkunu ġenituri u l-ħolma tat-tifel tagħna Ben li jgħix f’familja li tħobbu u tieħu ħsiebu.”

Dan kien kliem, Kris Grima, missier Ben li flimkien mar-raġel tiegħu kienu l-ewwel koppja omosesswali li addottaw. F’post fuq Facebook, Kris tkellem dwar il-perjodu twil ta’ skrutinju u proċeduri li għaddew minnhom.

Huwa rringrazzja lil kull min kien ta’ support u urihom imħabba f’dawn il-mumenti. Iżda kellu messaġġ differenti għal dawk li kritikaw din l-addozzjoni u li esprimew dan fil-kummenti li għamlu fuq il-midja soċjali. Huwa rringrazzjhom tal-opinjonijiet b’saħħithom tagħhom għaliex se juża’ l-passjoni tagħhom biex jipproteġi lil ibnu.

“L-argument m’għandux ikun li din l-addozzjoni ma kelliex iseħħ minħabba l-aħjar interess tat-tifel, in-natura u r-rieda t’Alla iżda għandu jkun favur iktar protezzjoni legali u sigurta’ ta’ ugwaljanza fid-drittijiet tal-familja u rikonoxximent legali għal ġenituri tal-istess sess” spjega dan il-missier.

Kris fakkar kif qegħdin ngħixu f’dinja pluralista u għalhekk kulħadd għandu jħaddan id-diversita’.

Huwa assigura lil kulħadd li Ben se jkollu ħajja normali u mdawwar bl-imħabba tal-familjari u “żewġ t’iklieb protettivi.” Appella lil kulħadd biex jipromwovu integrazzjoni f’familthom u jgħallmu lil uliedhom kif iħarsu lejn dawn il-familja b’aktar imħabba u rispett.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Jien lanqas narah lok li din it-tarbija u d-dettalji taghha jigu mxerdin fuq FB u l-genituri taghha juzaghha ghal publicita u biex immorru fuq il-gazetti u forsi dalwaqt fuq #Xarabank ukoll jghamlu U HA NGHIDHA SHOW bih!

    B’dan l-attegament dan it-tifel ha jkun branded jew immarkat u hajtu tkun aktar difficli ghax bla ma trid jkun barra jispicca qishu xi attrazzjoni u tifel bhal ohrajn!

    Hemm kampanja ghadejja bhalissa , THINK BEFORE YOU CLICK…. u wiehed ghandhu jzomm dan fuq mohhu ghalih u ghal familjari meta jmorru jperrcu ritratti u stejjer fuq il-media socjali!

    Nghid ukoll bhal meta wiehed anki jghamel att ta’ karita, jekk tkun att ta karita jghamilha bil kwiet u aonimita u mhux immur joqghod jghid kemm jghamel karita…….

    It-tfal ghandhom jigu protetti u l-Qorti tal-Familja, il-Kummissarju tat-Tfal ghandhom jarawhom dawn l-affarijiet li hnoss ghandjom jigu kontrollati !

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend