Magħżula x-xogħlijiet tal-artisti għall-Malta International Arts festival – One News

Notifiki

Magħżula x-xogħlijiet tal-artisti għall-Malta International Arts festival

Din is-sena, il-Malta International Arts Festival nieda sejħa għal artisti żgħażagħ biex jibagħtu l-proposti tagħhom biex xogħlijiet tagħhom ikunu inklużi b’diversi modi fil-programm. Il-Young Artists Platform offra l-opportunità lill-artisti fil-bidu tal-karriera tagħhom biex itellgħu xogħolhom fil-Kamra tal-Kummerċ.

Intgħażlu dawn l-artisti: Rochelle Gatt, b’xogħol bl-isem ta’ Kantuniera, imnebbaħ minn ktieb ta’ Nijinsky bi tpinġijiet skiżofreniċi u restrizzjonijiet imposti. Dan ix-xogħol, jistaqsi u jistħarreġ fl-istess ħin l-ideat tal-ħelsien u r-restrizzjoni (11 ta’ Lulju).

Matthew Farrugia b’kunċert tal-pjanu b’xogħlijiet minn Bach sa Scriabin (11 ta’ Lulju). Farrugia se joħodna fuq vjaġġ fejn nesploraw il-kulur permezz tal-ħoss fix-xoħlijiet ta’ Beethoven, Rachmaninov u Szymanowski. Ġabra ta’ xogħlijiet tassew speċjali.

Diverso String Quartet (Marcin Ostrowski, Dagmara Forys’, Magdalena Krawczuk, Zofia Lodygowska) huwa kwartett żagħżugħ li bħalissa qed jitħarreġ b’Berlin kif ukoll fl-Ingilterra mimm Artemis Quartett. Diverso String Quartet se jdoqqu żewġ xogħlijiet importanti għall-

kwartett, it-tnejn fid-Do minuri: String Quartet in C Minor Op. 18 No. 4 ta’ Ludvig van Beethoven u String Quartet in C Minor Op. 51 No. 1 ta’ Brahms (12 ta’ Lulju).

Stefania Catarinella se tiżfen mal-mużika tal-klarinettista Samuel Mallia, li se jesprimu l-esperjenzi ta’ ħajjithom permezz taż-żfin u l-mużika, jerġgħu jiskopru u jikxfu l-passjonijiet, l-influwenzi u l-ispirazzjonijiet, mingħajr konfini (13 ta’ Lulju).

Ebb and Flow (13 ta’ Lulju) huwa programm li jinkludi xogħlijiet ta’ Bach, Chopin u Jean-Marc Fabri, li huwa wkoll il-pjanista tat-trio. Il-kumplament ta’ dan it-trio hu magħmul minn Fiorella Camilleri (flawt) u Jessica Ellul (klarinett).

Sejħa oħra għall-MIAF 2016 kienet Call for Art biex ikun inkluż f’dan il-ktejjeb. Wieħed minn dawn ix-xogħlijiet, maħdum bl-arkett minn Nikolai Farrugia ta’ 16-il sena, se jkun għall-wiri tul il-Young Artists Platform.

www.maltaartsfestival.org

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend