Jistħoqqilhom ċans wieħed – One News

Notifiki

Jistħoqqilhom ċans wieħed

Għeżież ħaddiema tal-Air Malta,

Tajtu ċans lil Austin Gatt, lil Tonio Fenech u min jaf lil kemm il-konsulent barrani mħallas bil-mijiet tal-eluf ta’ ewro filwaqt li intom għamiltu s-sagrifiċċji.

Forsi għalhekk li f’dan il-mument, meta bdejtu tisimgħu fuq il-ħtieġa li kulħadd jiġbed ħabel wieħed biex insalvaw l-Air Malta,  ħafna setgħu qalu ‘imma kemm il-ċans se nkunu qed nagħtu.’

Nifhem. Fuq skala iżgħar u f’postijiet differenti esperjenzajtha.

Iżda, quddiemkom għandkom għażla li għalkemm jaf ma tarawhiex l-iktar waħda faċli, fil-fatt hi.

Għax ma naħsibx li wieħed għandu jdum wisq jagħżel bejn falliment, bħalma ġralha l-linja tal-ajru fl-Estonja jew Ċipru, jew it-tama ta’ ġejjieni aħjar. Ġejjieni f’alleanza strateġika mal-Alitalia, li llum kulħadd jaf min hemm warajha, ġganti bħal Etihad.

Nemmen li f’dan il-mument għandkom tatu ċans ieħor. Anke għaliex iċ-ċans se tkunu qed tagħtuh lil xi ħadd differenti.

Iċ-ċans se tkun qed tatuh lill-amministrazzjoni li fl-għeruq tagħha għandha l-linja nazzjonali tal-ajru għax kienet hi li waqfitha. Iċ-ċans se tkunu qed tatuh lill-istess amministrazzjoni li salvat lill-Enemalta, tant li llum aġenziji internazzjonali tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jitkellmu dwar is-suċċess tagħha.

Il-Ministru Edward Zammit Lewis s’issa deher kawt, iżda determinat li mill-Air Malta jagħmel suċċess u daqqa t’id mingħandkom tiswa mitqlu deheb.

Għandkom tatu ċans lil Maria Micallef, iċ-chairperson li qed tmexxi l-kumpanija. L-artiklu tagħha fit-Times of Malta dalgħodu huwa xhieda ta’ xi ħadd li għandu għal qalbu dak li qed jagħmel.

Rajt fl-artiklu ta’ Micallef il-ħeġġa ta’ xi ħadd li f’ħajtu dejjem għamel suċċess u din id-darba ma jridx ifalli lanqas.

Is-suċċess tagħha huwa s-suċċess tal-kumpanija u fl-aħħar mill-aħħar tal-ħaddiema tagħha.

Huma żminijiet ta’ sfida għal-linja nazzjonali tal-ajru, mhux l-inqas għall-ħaddiema li tul is-snin tajru l-bandiera Maltija bi kburija u ħila liema bħalha, anke jekk irridu nirrikonoxxu li f’ħafna każi f’kundizzjonijiet tajbin. Kif wara kollox għandu jkun.

Fiċ-ċirkostanzi u biex is-salib tat-tmien ponot jibqa’ jtir fl-ajru bi kburija hemm bżonn li l-amministrazzjoni l-ġdida tingħata ċans.

Jien ngħid li jistħoqqilha ċans wieħed.

L-esperjenzi ta’ linji tal-ajru oħra li fallew programmi ta’ ristrutturar maqbula mal-Kummissjoni Ewropea wrew li lanqas jekk irridu ma nistgħu ntuhom tnejn.

Għalhekk huwa iktar importanti li dan il-wieħed ma narmuhx.

Tislijiet,

Malti kburi bikom

 

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

2 Comments

  1. Cans? Ic chances li kellom ta qabilom li min hawn u min hemm zammew il kumpanijja ghaddejja, anke jekk b’telf, qatt ma kien cans li jinbighaw l-assi tal kumpanijja lil barrani. Dik l-iktar haga facli li taghmel, l-Istess bhal ma gara l-Enemalta. X’ma tghamilx turnaround l-Enemalta meta barranin jinghataw fuq platt cans li jghamlu l-flus min fuq assi tghana plus balla art tal gvern rigal.

    Aleander, mhux ahjar semmejt li qabel ivvutajna labour 3 snin ilu konna imwghedin li l-AIRMALTA Mhux se tinbigh mentri Issa qed inbighawa?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend