Sengħa Maltija li tibqa’ apprezzata – One News

Notifiki

Sengħa Maltija li tibqa’ apprezzata

Is-Sajf huwa żmien fejn mhux biss wieħed jerħilha lejn il-bajjiet iżda huwa wkoll żmien fejn l-irħula jkunu mżewqa bi statwi tal-patruni u figuri bibbliċi fi żmien il-festa rispettiva tagħhom. Il- festa ta’ San Ġużepp f’Ħal Kirkop din is-sena kellha erba’ protagonisti ġodda. Anġli li jirrappreżentaw karatteristiċi differenti tal-patrun maħdum apposta mill-iskultur Shaun Saliba.

Erba’ statwi t’anġli, b’simboli assoċċjati ma’ San Ġużepp, huma protagonisti ġodda fil-festa tal-istess qaddis f’Ħal Kirkop. Dawn huma frott sentejn u nofs ħidma tal-iskultur żagħżugħ Shaun Saliba.

Iltqajna miegħu il-Ħadd fir-raħal fejn issa jinsabu dawn l-istatwi, raħal li jinsab fiċ-ċelebrazzjoni tal-festa ta’ San Ġużepp. Qalb il-bandalori u l-liedna, b’xarba friska f’idejna, iddiskutejna dan il-proġett li rrikjeda tant xogħol u dedikazzjoni.

angli_1010x569

Il-Kilba għall-arti u l-iskultura nibtet f’ Saliba minn ċkunitu fejn ammetta li anke waqt xi lezzjoni fl-iskola, mhux l-ewwel darba li ġie fl-inkwiet għaliex kien ipinġi fuq il-pitazzi minnflok jieħu n-noti.

Din hija sengħa li forsi mhix assoċċjata ħafna maż-żgħażagħ, iżda skont Saliba dawn huma uħud mill-iktar nies li jinteressaw ruħhom f’dak li hu arti għall-festi fl-irħula Maltin.

L-Arti fil-festi tal-irħula hija assoċċjata ma’ Malta speċjalment issa li l-istaġun tal-festi daħal ġmielu. Din hija sengħa li tkompi ssaħħaħ is-simboli ta’ pajjiżna li jibqgħu jitgawdu sena wara l-oħra.

                 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend