Serqa minn ħanut tal-logħob

Kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-5a.m., seħħet serqa ta’ somma ta’ flus kontanti, liema ammont huwa konsiderevoli fix-Xatt ta’ Ta’ Xbiex, l-Imsida.

Il-Pulizija mir-Rapid Intervention Unit kif ukoll mid-Distrett tal-Imsida marru immedjatament fuq il-post fejn seħħet is-serqa. Minn investigazzjonijiet preliminari, rriżulta li s-serqa seħħet minn ħanut tal-logħob, li waqt il-ħin tas-serqa kien magħluq u l-ħalliel ħarab minn fuq il-post.

Ftit wara, eżattament f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Testaferrata, il-Gżira, ġie innutat raġel li aktarx kien involut fis-serqa. Ir-raġel qed jiġi miżmum mill-Pulizija għal aktar stħarriġ. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend