S&P b’rapport ottimist dwar il-ġejjieni ta’ Malta – One News

Notifiki

S&P b’rapport ottimist dwar il-ġejjieni ta’ Malta

Fl-iktar rapport riċenti dwar Malta, ippubblikat il-Ġimgħa wara nofsinhar, l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu Standards & Poor’s qalet li ż-żieda fid-dħul tal-familji se tkompli ssaħħaħ it-tkabbir ekonomiku, b’żieda fil-konsum privat instigata miż-żieda fix-xogħol.

Fl-istess ħin l-agenzija Standard and Poor’s ikkonfermat ir-rating ta’ pajjiżna, filwaqt li sostniet li l-prospetti għall-ġejjieni jibqgħu pożittivi.

It-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna se jibqa’ jkun aqwa minn dawk ta’ pajjiżi oħra fiż-Żona Ewro, tant li rrivedew ‘l fuq it-tbassir ekonomiku tagħhom għal Malta minn 3.2% għal 3.5%.

L-esperti barranin jattribwixxu din is-saħħa ekononomika l-aktar għall-investiment għoli fl-oqsma tal-enerġija, trasport, edukazzjoni u saħħa.

Fost l-oħrajn jgħidu li “investment in the energy sector has already created a positive supply shock for the economy”. Isostnu wkoll li “electricity is cheaper and businesses have easier access to it”.

Filwaqt li r-rapport jinnota li i s-suq ta’ turiżmu mill-Ingilterra u ċerti partijiet tas-servizzi finanzjarji jistgħu jintlaqtu mill-Brexit, ibassru li s-settur turistiku jista’ jimla l-vojt filwaqt li s-servizzi finanzjarji huma diversifikati u għalhekk l-impatt jista’ jkun kontrollat.

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

3 Comments

  1. Prosit, imma xi tgħidulna dwar dawn ir-rapporti?

    http://www.dailymail.co.uk/news/article-3681077/Eurozone-course-economic-slowdown-Brexit-rising-uncertainty-EU-s-future-says-IMF.html
    Weak eurozone is on the brink, warns IMF…as Nobel winner says euro could be scrapped

    http://www.dailymail.co.uk/debate/article-3681708/DAILY-MAIL-COMMENT-IMF-truth-broken-EU.html
    DAILY MAIL COMMENT: IMF and the truth about the broken EU

    http://www.express.co.uk/news/world/687844/IMF-EU-brink-of-collapse-euro-currency-scrapped
    IMF says EU on brink of collapse, while euro currency may have to be scrapped

    1. Ninnota Pero li Dawn huma kollha ahbarijiet li gejjin mill-Ingilterra. Nahseb li hemm min Vera jixtieq li l- Euro u l- EU jitfarrku bhal Issa f’dak il-pajjiz.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend