Mużewijiet fiċ-Ċittadella miftuħa b’xejn waqt ‘Swar u Ħajja’ – One News

Notifiki

Mużewijiet fiċ-Ċittadella miftuħa b’xejn waqt ‘Swar u Ħajja’

Mużewijiet u siti ta’ Heritage Malta fiċ-Ċittadella miftuħa għall-pubbliku mingħajr ħlas waqt l-attivitá ‘Swar u Ħajja’

Minbarra l-opportunità li jżur u jgawdi x-xogħol ta’ restawr li sar fuq iċ-Ċittadella, nhar is-Sibt li ġej il-pubbliku se jkollu l-opportunità wkoll iżur b’xejn il-mużewijiet u s-siti storiċi ta’ Heritage Malta f’din il-belt storika waqt l-attivitá ‘Swar u Ħajja’. Din l-inizjattiva hija parti mill-attivitajiet kulturali li se jkunu qegħdin jiċċelebraw il-programm estensiv ta’ restawr u tisbiħ fuq din il-belt storika Għawdxija.

Heritage Malta, b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għal Għawdex, se tkun qed tiftaħ dawn il-mużewijiet u siti: il-Mużew tal-Arkeoloġija t’Għawdex, il-Ħabs l-Antik, il-Mużew tal-Istorja Naturali t’Għawdex u d-dar storika tal-Gran Castello li ġiet rinnovata wkoll dan l-aħħar u li qabel kienet magħrufa bħala l-Mużew tal-Folklor.

Id-Dar Gran Castello se tospita wkoll diversi snajja’ fosthom l-insiġ tal-qoton, xogħol tal-bizzilla, u għażil fost oħrajn.

Il-ħinijiet tal-ftuħ tal-mużewijiet u s-siti storiċi ta’ Heritage Malta fiċ-Cittadella se jkunu bejn is-7.30 pm u nofsillejl, bl-aħħar dħul ikun fil-11.30 pm.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend