Notifiki

Gvern li jemmen f’iktar libertà – oppożizzjoni li tirreżisti l-bidla

Fil-kamra tad-deputati ilbieraħ ħarġet biċ-ċar distinzjoni netta bejn Gvern li huwa miftuħ għal-libertà tal-espressjoni, speċjalment dik artistika, u Oppożizzjoni li sal-aħħar baqgħet iġġib argumenti u tivvota kontra l-Gvern, sabiex liġijiet antiki li llum gew superati b’liġijiet u direttivi Ewropej iktar moderni jibqgħu fis-seħħ b’detriment għall-avvanz artistiku u kulturali ta’ pajjiżna.

Hu u jmexxi n-naħa tal-Gvern fi stadju ta’ Kumitat fid-diskussjoni ta’ abbozz ta’ liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali, l-Ministru Owen Bonnici sostna li l-Gvern huwa kommess li jwettaq il-kelma li ta fil-manifest elettorali tiegħu li jaġġorna l-liġijiet biex ikun hawn inqas ċensura u iktar libertà tal-espressjoni speċjalment fil-kamp artistiku.

Screen Shot 2016-07-06 at 07.24.52

L-Abbozz li jemenda l-Kodiċi Kriminali għandu l-għan li joħloq bilanċ.  Minn banda, aġġorna għadd ta’ liġijiet antiki li kienu qed jimmilitaw kontra l-espressjoni artistika – fosthom liġijiet dwar pornografija u reati kontra s-sentiment reliġuż.  Issa dawn ġew jew imneħħija jew sostitwiti b’liġijiet iktar moderni li jirrispettaw iktar il-ħsibijiet fil-kontinent Ewropew f’dan is-settur, biex b’hekk il-libertà tal-espressjoni f’pajjiżna ssaħħet u ngħatat iktar stimulu.

Mill-banda l-oħra, l-Abbozz bena fuq l-esperjenza ta’ pajjiżi oħra Ewropej u saħħah il-protezzjoni li s-soċjetà toffri lil diversi setturi.  Fost affarijiet oħra l-abbozz saħħaħ id-dritt tal-privatezza, kabbar il-ħarsien tal-ordni pubbliku f’tixrid ta’ mibegħda jew vjolenza abbażi tar-reliġjon u żied l-ħtiega tal-protezzjoni tal-minuri f’postijiet fejn ikun hemm wiri ta’ materjal li ma jgħoddx ghat-tfal.  Barra minn hekk l-abbozz ħarrax id-deterrent kontra viżwali jew espressjonijiet li ma jistgħux jiġu tollerati fuq persuni b’dizabbilità.

Żvilupp ieħor importanti huwa li l-Abbozz ħoloq reat ġdid li għandu konsegwenzi serji għal min jikkommetti revenge porn, ċioe’ li jxerred ritratti indeċenti bi tpattija għal persuni oħra, normalment xi hadd li ma jkunx għadu f’relazzjoni intima miegħu jew magħha.  B’hekk pajjiżna se jkun wiehed mill-ewwel pajjiżi li daħħal dan ir-reat fil-kotba tiegħu.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend