Żieda ta’ aktar minn 500 operazzjoni – One News

Notifiki

Żieda ta’ aktar minn 500 operazzjoni

Pajjiżna ra żieda ta’ aktar minn ħames mitt operazzjoni fix-xahar ta’  Mejju tal-2016 meta mqabbel ma’ Mejju tal-2015. Dan hekk kif matul din is-sena sa’ Mejju saru aktar minn 5,013-il operazzjoni.

Aktar minn 88% tal-operazzjonijiet kienu pjanati filwaqt li madwar 12% kienu operazzjonijiet t’emerġenza. Jidher biċ-ċar li l-Gvern huma impenjat li jkompli jtejjeb dan il-qasam hekk kif wara r-rekord ta’ operazzjonijiet li saru fis-sena 2014, dan l-istess rekord inkiser sena wara u jidher li għal din is-sena wkoll il-listi ta’ stennija ser ikomplu jonqsu.

Apparti mill-operazzjonijiet fl-sptar prinċipali ta’ MaterDei qed isiru wkoll numru ta’ operazzjonijiet minuri fl-isptar Boffa u Ċentru tas-saħħa tal- Mosta. It-tnaqqis fl-istennija għall-operazzjonijiet qed tkompli tonqos ukoll wara li l-Gvern qed iħallas numru ta’ operazzjonijiet li jsiru fi sptar privati.

F’kumment li ta l-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne dwar din iż-żieda ta’ operazzjonijiet qal li huwa sodisfatt li b’impenn sħiħ mill-istaff kollu ta’ Mater Dei s-suċċessi għal dan l-isptar qed ikomplu jiżdiedu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend