Ian Borg: “Imnalla ndunajt!” – One News

Notifiki

Ian Borg: “Imnalla ndunajt!”

“Għal bidu kont maħsud mhux ħazin, iżda meta tkun taf li kull ġurnata tista’ tigrava l-kundizzjoni, ma tħallilekx għazla għajr li titlob li jsir intervent fl-iqsar zmien.”

Kliem li tenna s-Segretarju Parlamentari Ian Borg.

Ħafna skoprew li Borg kellu jagħmel intervent minn fuq is-sit soċjali Facebook. Ngħiduha kif inhi, illum ftit li xejn tista’ żżomm sigrieti. Aħseb u ara meta tkun politiku żagħżugħ tbiegħ is-saħħa u magħruf għal kemm tistinka.

Kien is-Segretarju Parlamentari nnifsu li nhar it-30 ta’ Ġunju kiteb hekk fuq il-paġna Facebook tiegħu:

Screen Shot 2016-07-02 at 17.23.19

Is-Segretarju Parlamentari spjegalna li fix-xhur li għaddew, waqt li kien qed jagħmel eżerċizzji sportivi, induna li kien hemm xi ħaġa mhux tas-soltu fuq in-naħa ta’ wara t’irkopptu.

Fi kliemu, il-problema li identifikawlu “mhux daqstant komuni u mhux ċirkostanzi sbieħ.”  Pero’ jinsab kuntent li l-intervent irnexxa u issa jħares ’l quddiem lejn il-fażi ta’ rijabilitazzjoni.

Ammetta li jkun hemm mumenti ta’ eżitazzjoni, għaliex l-effetti fuq il-kumplament tas-sieq setgħu kienu kumplikati. Iżda l-fatt li ntebaħ kmieni kienet kruċjali. Minn hawn induna wkoll kemm huwa essenzjali li wieħed jieħu ħsieb saħħtu u jagħmel ‘check-ups’ b’mod frekwenti.

Qalilna li issa jonqsu ġimgħat ta’ mistrieh u terapija, pero’ ladarba nafu kemm iżomm ruħu bieżel, ma tantx emminnih li se jillimita ruħu għall-mistrieh! Infatti ammetta li t-teknoloġija se tippermettilu jkompli jaħdem mid-dar, f’dawn iż-żminijiet hekk kruċjali fix-xena politika Maltija. Wara ftit sekondi riflessjoni, qal li fil-verità se jkun qed iwieġeb il-korrispondenza f’iqsar żmien mis-soltu, waqt li jaqra ħafna materjal biex ikompli bit-tħejjija għal żmien kruċjali li ġej għal pajjiżna. Mhux biss il-ħidma ta’ kordinazzjoni mall-Kunsill tal-Ministri, iżda anke r-relazzjoni mall-Parlament Ewropew ser tkun kruċjali għall-Gvern Malti.

“Naħtaf l-okkażjoni u nuża l-ħin aħjar!” qal Borg.

ianborgface

Fid-dawl tal-vot tar-Renju Unit biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea, stqasejna kemm qed iqis li żdiedu l-isfidi għall-presidenza Maltija. Wieġeb li l-isfidi żdiedu bla ebda dubju u waqt li għad fadal ħafna mistoqsijiet x’jitwieġbu, żgur li matul l-ewwel sitt xhur tas-sena l-Unjoni ser tkun qed tinnegozja l-kundizzjoniet marbuta mal-ħruġ tar-Renju Unit.

Fakkarna li f’dan kollu l-Presidenza Maltija tilgħab rwol importanti ħafna. Fl-istess waqt, Malta trid tibgħat messaġġ ċar li fadal ħafna aktar xogħol xi jsir dwar il-proġett Ewropew. Is-Segretarju Parlamentari jemmen li Malta teħtieġ tkompli tilleġiżla u tirreaġixxi għall-isfidi li jagħmlu d-differenza fil-ħajja tal-familji Ewropej, xejn inqas il-Maltin u Għawdxin.

“Għalkemm din l-isfida kbira kienet diġà waħda impenjattiva, u fiċ-ċirkustanzi għandna aktar impenji, konvint li Malta ser taqdi dmirha b’mod tajjeb ħafna u ser inħallu impatt pożittiv” temm jgħid is-Segretarju Parlamentari.

Intant irringrazzja lil familtu u lill-għarusa li tant kienu qribu f’dawn il-jiem. L-ammont kbir ta’ kummenti fuq siti soċjali huma xhieda ta’ kemm nies jixtiequ jerġgħu jarawh fuq saqajh, din id-darba litteralment.

Ta’ QabelLi Jmiss

2 Comments

  1. God bless you mate. That’s right be an example to others. check yourself regularly. We will fight this one like we fought all others before it. Stay with it buddy.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend