It-Torok b’evidenza li l-IS wettqu l-attakki fl-ajruport – One News

Notifiki

It-Torok b’evidenza li l-IS wettqu l-attakki fl-ajruport

L-awtoritajiet Torok għandhom evidenza storika li l-grupp tal-Istat Islamiku wettaq l-attakk li ħalla 44 persuna mejta u 240 persuna oħra midruba. Irriżulta li t-tliet irġiel li nhar it-Tlieta wettqu l-attakk terroristiku fl-Ajruport ta’ Istanbul, fit-Turkija kienu kollha mill-ex Unjoni Sovjetika u daħlu fit-Turkija x-xahar li għadda.

It-terroristi krew appartament f’Istanbul, fejn wieħed mill-attakkanti ħalla l-passaport.

Il-Pulizija arrestat minn tal-inqas 13-il suspettat f’Istanbul u anke f’Iżmir, b’rabta ma’ dan l-istess attakk. Kienu ħafna l-qraba u ħbieb tal-vittmi li nġabru fl-ajruport biex isellmu lill-vittmi li tilfu ħajjithom f’dan l-attakk terroristiku.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend