Notifiki

Investigat inċident fid-dar tal-anzjani f’Bormla

Is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva fi stqarrija rrefera għal inċident li seħħ illum fid-Dar tal-Anzjani ġewwa Bormla, operata mill-Privat.

Anzjana nstabet fir-residenza bi ksur, iżda fl-ebda ħin ma kienet fil-periklu tal-mewt.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet meħtieġa, iżda fl-istess waqt id-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità għaddej bl-istħarriġ tiegħu biex jiġu stabbiliti l-fatti dwar x’wassal għall-inċident u jekk kien hemm xi nuqqasijiet minn xi ħadd, inkluż mill-operatur privat ta’ din id-dar. Dawn jiġu indirizzati immedjatament skont il-każ.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend