Notifiki

M’hemmx birra għall-Brikkuni ta’ Mario Vella

Il-grupp Brikkuni, li fost il-protagonisti tiegħu hemm Mario Vella, mhux se jkunu qed jieħdu sehem kif maħsub fil-Farsons Beer Festival. Dan wara li għal darb’oħra Vella uża l-facebook tiegħu biex jgħaddi kliem dispreġjattiv u oxxen fil-konfront ta’ min ma jaqbilx miegħu.

Vella, li fl-aħħar xhur assoċja lilu nnifsu mal-Front Ħarsien ODZ, fost oħrajn, għandu stil li jitgħajjar kemm jiflaħ, joffendi personalment u jixtieq id-deni lil ħaddieħor. Ħafna bdew jistaqsu jekk għal kumpanija bħal Farsons, li tiftaħar bir-responsabbiltà soċjali tagħha, tagħmilx sens li tassoċja wieħed mill-aqwa avvenimenti tagħha ma’ dan it-tip ta’ aġir.

Għall-ewwel mistoqsijiet ta’ one.com.mt, Farsons ipprova jiġġustifika l-aġir. “In-negozjati ma’ Brikkuni biex jieħdu sehem fil-Farsons Beer Festival bdew f’April ta’ din is-sena u ġew konklużi fit-2 ta’ Mejju, ferm ħafna qabel mill-kummenti offensivi li saru fuq Facebook. Farsons tiddissassoċċja ruħha minn kull kummenti vulgari u mhux aċċettati magħmula minn Mario Vella dan il-weekend u aħna ħadna il-passi meħtieġa biex nissalvagwardjaw il-pożizzjoni tal-Kumpanija,” qalet il-kumpanija fl-ewwel tweġiba tagħha.

Mhux kuntenti b’din it-tweġiba, staqsejna iktar. Fakkarna li Vella ilu xhur iġib ruħu bl-iktar mod baxx fil-konfront ta’ min ma jaqbilx miegħu u saħansitra jiftaħar bil-mibegħda. Għal dan irċivejna tweġiba li Brikkuni mhux se jkunu fil-Beer Festival.

“Il-kumpanija ftiehmet ma’ Brikkuni li l-grupp mhux se jieħu sehem fil-Farsons Beer Festival,” wieġbet il-kumpanija din id-darba.

Screen Shot 2016-06-27 at 13.22.45

Ta’ QabelLi Jmiss

20 Comments

  1. Insejtu ssemmu l-kumment dipspregjattiv li halla Raphael Vassallo, gurnalist tal-Maltatoday, fuq il-post ta’ Mario Vella. Vassallo qal hekk: “great picture, though. could be any piece of floating junk…”.

  2. Il-vulgarita’ hi parti mill-kultura Maltija wkoll kien Tork li qal l-ewwel dawgha skond dokumentarju li sar fuq TVM ftit zmien ilu.

    1. kultura maltija vulgari mhux attcettabli ulaqas hu qatt accetabli din il kwalita ta discors. allura skond inti hu accetabli difendibli wkoll. chi tacce aconsente , complici.

  3. u jekk tikteb xi haga fuq perezempju l imigrazjoni illegali jajruk razzist u dan mela x insejhulu ?tal biki

  4. X’hassra li qed jaghmel hsara lill- group tieghu stess b’dan il- kliem disgustanti! Il-mibeghda taghmel biss hsara Mario Vella, specjalment lil min ixerridha! Is- sinjura Muscat ma taqta’ qalbha minn xejn u taghmel l- ghalmu kollu taghha biex tghin lil min hu fil- bzonn, specjalment lit- tfal b’dizabilita’. Ninsab fic- cert li Mario Vella qatt am ltaqa’ ma din is- sinjura. Kieku jiltaqa’ maghha llum ikun irid l- art tibilghu. Anqas ghandu idea ta’ kemm hi umli, dhulija u qalbha f’idha!

  5. Ir-raguni rebhet u Mario Vella gie ccensurat: li kieku kulhadd jaghmel bhal Farsons u jibbokkottjaw nies vulgari u baxxi bhal dan i – cert li l-abbuzi jonqsu u nghixu f`Malta ferm ahjar. Il-poplu issa bi dritt qed jistenna apologija min dan it-tali.

Leave a Reply to andre Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend