Busuttil jinjora r-regoli tal-Parlament – One News

Busuttil jinjora r-regoli tal-Parlament

Ir-regoli tal-Parlament huma ċari. Ruling tal-ispeaker ma jkunx suġġett għad-diskussjoni. Iżda, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, jaħsibha mod ieħor. Kull  meta ruling bħal dalgħodu ma jkunx għoġbu 100% Busuttil jipprova jħarbat id-diskussjoni parlamentari. L-ispeaker joffri ċ-ċans li jagħmel kumment u hu jipprova joħloq dibattitu.

“Jien għandi ċans ngħamel statement skont l-istanding orders?” qal Busuttil bl-ispeaker jgħallmu li r-regoli tal-Parlament jgħidu mod ieħor. Intant, kollox idur mal-konsulenzi li ta Busuttil meta kien fit-tmexxija għaċ-Ċentru Informazzjoni Malta Unjoni Ewropea (MIC). Konsulenzi li ngħatat Daphne Caruana Galizia u l-kumpanija Europa Research and Consultancy Services li tagħha kien sharehoder.

Fl-aħħar jiem Simon Busuttil prova jfarfar kemm-il darba r-responsabbiltà billi jgħid li l-konsulenzi tahom il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Iżda, fil-Parlament il-Ministru George Vella għamilha ċara li l-Ministeru ffirma skont il-proċeduri l-konsulenzi magħżula mill-MIC. Konsulenzi li skont Vella ma kienu trasparenti xejn.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend