Michael tas-Siġġiewi: waqqgħuh fil-marċ tal-festa u ma mexiex aktar – One News

Notifiki

Michael tas-Siġġiewi: waqqgħuh fil-marċ tal-festa u ma mexiex aktar

Hekk kif f’dawn il-jiem qiegħda tiġi ċċelebrata l-festa ta’ San Nikola fis-Siġġiewi, one.com.mt, iltaqa’ ma’ Michael Vassallo. Mhux wiċċ ġdid mas-Siġġiwin, għaliex l-istorja tiegħu hija ta’ eżempju għal bosta u emozzjonali ferm.

Kien matul il-marċ ta’ din il-festa, 29 sena ilu, li kellu inċident sfortunat, li biddillu mument ta’ pjaċir u tgawdija f’biki u dispjaċir. Meta kien qed jaqbeż mal-marċ ta’ San Nikola, dawk li refgħuh spiċċaw waqqgħuh. B’konsegwenza,  Michael illum juża s-siġġu tar-roti.

Huwa stqarr magħna li minn dik il-ġurnata, ħajtu nbidlet minn lejl għan-nhar.

Iżda bosta jammiraw lil dan ir-raġel ta’ 48 sena għaliex minn din l-esperjenza rnexxielu joħroġ talent li llum-il ġurnata huwa magħruf għalih. Illum, Michael ipitter bosta pitturi b’ħalqu. Spjegalna kif it-tpinġija tagħtu skop ġdid f’ħajtu u tagħtu tama ġdida. Fost oħrajn Michael iħobb ipitter t-trakkijiet tal-ġebel.

Fil-kummenti tiegħu Michael xtaq jgħaddi messaġġ lil dawk iż-żgħażagħ u adulti kollha li se jmorru l-marċ tal-festa, biex joqgħodu attenti u ma jixorbux żejjed.

Huwa awgura l-festa t-tajba lis-Siġġiwien u l-Qriema kolla.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend