Notifiki

Villaġġ studentesk bejn l-Università u Mater Dei

 

Ftehim bejn l-Universita’ ta’ Malta u Vassallo Builders Group Ltd. għal operat ta kumpless ġdid residenzjali u komunitarju ta’ 11,000 metru kwadru li qed jissejjaħ University Residence and Community Complex.

Kumpless li fisser investiment ta’ 25 miljun ewro fuq mudell ta’universitajiet Ewropej oħrajn. Dan se jkun jixbaħ villaġġ akkademiku iktar milli binja waħda, bil-faċilitajiet kollha li għandha bżonn Universita’.

Minbarra parkeġġ taħt l-art fuq tlett livelli, madwar pjazzetta ċentrali ser jinbnew ħwienet u postijiet ta’ divertiment li jingħaqdu mal-bini tal-Universita’ permezz ta’ triq dejqa ġdida.

Ser ikun hemm ukoll faċilitajiet sportivi bħal pixxina u gym kif ukoll music rooms u kmamar għal-twemmin differenti. Dan il-kumpless mistenni jibda jopera f’Settembru tal- 2018 u jkun komplut sa Settembru 2019.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend