Notifiki

Tifel fil-qalba ta’ battalja legali

Tifel t’għaxar snin miżmum fis-sezzjoni magħrufa bħala YPU fl-isptar Monte Karmeli jinsab fil-qalba ta’ battalja legali.

Dan hekk kif allegatament sofra xi tbenġil iżda infermier li jaħdem fl-isptar sostna li t-tbenġiliet kienu hemm qabel mat-tifel idaħħal fl-isptar.

Brady Bezzina li jinsab mixli li kkaġuna tbenġil fuq it-tifel u kollegi tiegħu xehdu li t-tifel kien qed isir aggressiv u saħansitra prova jigdem lil ħaddiema u jgħaddi minn fuqhom permezz ta’ siġġu tar-roti.

Tal-istess opinjoni dwar l-atteġjament tat-tifel hemm l-amministrazzjoni tal-isptar Monte Karmeli tant li l-Kap Eżekuttiv Clifton Grima li saħaq li t-tbenġil ma kienx frisk u kien hemm qabel mat-tifel daħal l-isptar.

Madankollu t-tifel sostna li huwa ntefa’ mal-art u wara li waqqa’ xi ilma ġie ordnat li jimsħu bil-liżar tiegħu stess.

Fil-bidu tax-xahar id-dieħel, il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit mistennija tiddeċiedi dwar dan il-każ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend