Schulz, Tusk u l-Prim Ministru Rutte jirreaġġixxu għall-BREXIT – One News

Notifiki

Schulz, Tusk u l-Prim Ministru Rutte jirreaġġixxu għall-BREXIT

Il-President Schulz, President Tusk u l-Prim Ministru Rutte iltaqgħu dalgħodu f’Brussel wara stedina tal- President tal- Kummissjoni Ewropea Juncker. Id-diskussjoni kienet dwar ir-riżultat tar-referendum li sar fir-Renju Unit.

Fi stqarrija konġunta qalu: ” F’proċess ħieles u demokratiku, il-Brittaniċi għamlu l-għażla tagħhom li ma jibqgħux membri tal-Unjoni Ewropea. Minkejja li diżapuntati b’dan ir-riżultat, aħna nirrispettaw din id-deċiżjoni. Minkejja li din hija sitwazzjoni mingħajr preċedent, aħna magħqudin fir-rispons tagħna. L-Unjoni Ewropea se tkun qed tkompli b’ 27 pajjiż. Flimkien se nkunu qiegħdin nindirizzaw l-isfidi li għandna quddiemna biex nassiguraw tkabbir ekonomiku, prosperita’ u ambjent li joffri sigurta’ għaċ-ċittadini tagħna.”

Huma spjegaw li, minkejja li se jkun proċess diffiċili, qed jistennew il-Gvern Ingliż biex jattwa d-deċiżjoni li ċ-ċittadini ħadu kemm jista’ jkun malajr. Huma spjegaw li jeħtieġ li din il-bidla tiġi indirizzata immedjatament biex tkun tista’ tiġi assigurata aktar stabilita’.

It-trattat tal-Unjoni Ewropea, Artiklu 50, joffri linji gwidi ta’ proċedura li pajjiż bħar-Renju Unit għandu jsegwi. Huma saħħqu li se jkunu qiegħdin jibdew in-negozjati mar-Renju Unit, iżda sakemm dawn ikunu finaliżati, ir-Renju Unit jrid jibqa jsegwi l-obbligi tiegħu bħala membru tal- Unjoni Ewropea.

Huma stqarru li jixtiequ li Renju Unit jibqa viċin tal-Unjoni Ewropea. Jistennew li r-Renju Unit joħroġ bi proposti dwar din ir-relazzjoni mibdula, filwaqt li n-negozjati jassiguraw li jkunu fl-interess kemm tal-Unjoni Ewropea u tar-Renju Unit.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend