Miżuri ġodda ta’ sigurtà għall-Isle of MTV – One News

Notifiki

Miżuri ġodda ta’ sigurtà għall-Isle of MTV

Fadal inqas minn ġimgħa għall-appuntament annwali tal-Isle of MTV u l-preparamenti fuq il-fossos tal-Furjana għaddejjin ġmielhom. Edward Zammit mill-Awtorita Maltija għat-Turiżmu stqarr magħna li sa nhar is-Sibt il-pjanijiet li ilhom xhur jitħejjew se jieħdu l-ħajja.

Minkejja li l-istruttura ġenerali tal-palk se tibqa’ l-istess bħal ta’ snin preċedenti, dawk li se jattendu Isle of MTV din is-sena se jesperjenzaw show bid-dwal bla preċedent.

Zammit fissrilna kif is-sigurta’ ingħatat importanza ewlenija din is-sena. Fil-fatt għall-ewwel darba, l-fossos se jkun magħluq u għalhekk dawk li se jattendu, li mistennija jilaħħqu l-ħamsin elf, se jaċċessaw il-fossos minn tnejn u ħamsin punt fiss.

L-istrateġija li addottat l-Awtorita, li kollox kien reklamat sa minn xhur qabel u li saħansitra d-data tħabbret sena qabel jidher li ħalliet ir-riżultati mixtieqa u li minnha qed igawdu l-operaturi turistiċi.

L-artisti ewlenin ta’ nhar it-Tlieta huma Jess Glynne, Wiz Khalifa u Steve Aoki, fost oħrajn.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend