Funeral wara sitt xhur – One News

Notifiki

Funeral wara sitt xhur

Sitt xhur wara li kien vittma ta’ splużjoni f’karozza Wied il-Għajn se jkun qed isir is-Sibt li ġej il-funeral ta’ Martin Cachia.

Il-funeral ta’ Cachia se jsir il-Ħamrun, fil-Knisja ta’ San Gejtanu.

Fl-istess ħin l-investigazzjoni tal-pulizija għadha għaddejja. Anke jekk din mhix meqjusa bħala investigazzjoni faċli, bil-pulizija timxi fuq għadd ta’ teoriji differenti.

Kien hemm mumenti fejn kien hemm il-ħsieb li Cachia seta’ kien qed iġorr il-bomba, però iktar ma ssoktat l-investigazzjoni bdiet tidher iktar reali t-teżi li dan kien delitt premeditat.  Jirriżulta li dan il-każ huwa wkoll wieħed ta’ uġigħ ta’ ras għall-esperti forensiċi anke minħabba l-kwantità kbira ta’ ilma li ntefa’ fuq il-karozza.

Il-fdalijiet tal-vittma ta’ 56 sena kienu rilaxxati mill-Maġistrat inkwirenti Aaron Bugeja fl-aħħar jiem.

karozza

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend