Triq Mikiel Anton Vassalli se tkun magħluqa – One News

Notifiki

Triq Mikiel Anton Vassalli se tkun magħluqa

Transport Malta ser tagħmel xogħol ta’ tqattiegħ ta’ trinek fejn it-traffic lights fil-junction ta’ Triq Mikiel Anton Vassalli, llejla bejn id-9.00 ta’ filgħaxija u l-5.00 ta’ filgħodu.

Waqt ix-xogħol, parti minn Triq Mikiel Anton Vassalli ser tkun magħluqa għat-traffiku. Għalhekk it-traffiku min-naħa ta’ Baħar iċ-Ċagħaq ser idur mar-roundabout fi Triq Gort u jerġa’ joħroġ fi Triq Mikiel Anton Vassalli u jibqa għaddej normali. It-traffiku lejn San Pawl il-Baħar mhux ser jiġi affettwat.

Is-sewwieqa huma mitluba jsuqu b’attenzjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend