‘Mhux vera nħbew dokumenti’ – l-Awtorità tal-Ippjanar – One News

Notifiki

‘Mhux vera nħbew dokumenti’ – l-Awtorità tal-Ippjanar

L-Awtorità tal-Ippjanar ċaħdet li ħbiet dokumenti relatati ma’ proposta biex isir żvilupp f’ Town Square, kif intqal mill-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema.

L-iżvilupp jinkludi bini ta’ torri fiż-żona ta’ Tigne.

Fi stqarrija l-Awtorità tal-Ippjanar qalet li dokumenti relatati ma’ din l-applikazzjoni kienu disponibbli għall-pubbliku. Spjegat li peress li l-applikazzjoni saret fl-2007, id-dokumenti ma kienux disponibbli kollha f’forma diġitali. Hija prattika normali tal-periti u l-partijiet interessati li jitolbu biex jaraw l-applikazzjonijiet tal-ippjanar u d-dokumenti relevanti.

Kompliet tispjega li l-lukanda Fort Cambridge ma kinitx inkluża fl-Environment Impact Assessment, għaliex biex proġett ikun inkluż f’dan l-istudju, jeħtieġ ikun validat mill-Awtorità tal-Ippjanar. Il-lukanda għadha ma waslitx f’dan l-istadju.

L-Awtorità ikkonfermat li wara taħdit ma konsulenti, il-proġett se jżid mitt spazju ta’ parkeġġ fiż-żona kummerċjali. Se jipprovdi wkoll parkeġġ għar-residenti. Barra minn hekk sar studju dwar l-ammont ta’ traffiku minn u lejn Tigne biex il-proġett jagħmel sens.

Matul laqgħa pubblika li se ssir din il-ġimgħa, il-bord tal-ippjanar li jinkludi rappreżentant tal-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema, se jkun jista’ jagħmel mistoqsijiet dwar il-konklużjonijiet mill-konsulenti maħtura u d-Direttorat tal-Ippjanar.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend