#ĊittadellaGozo – teżor nazzjonali rinovat – One News

Notifiki

#ĊittadellaGozo – teżor nazzjonali rinovat

Tnieda staġun ta’ attivitajiet kulturali u artistiċi biex jinawgura l-fortifikazzjoni taċ-Ċittadella wara li tlesta proġett kbir ta’ restawr.

Tnediet ukoll #ĊittadellaGozo – staġun t’attivitajiet u kampanja ta’ għarfien fuq il-media soċjali, televiżjoni, billboards, siti ta’ vjaġġar u turiżmu.

Immirata għaċ-ċittadini lokali u turisti kulturali, il-kampanja tinkludi l-produzzjoni ta’ ktejjeb li jippromwovi ċ-Ċittadella u l-attivitajiet li hemm pjanati bejn Ġunju u Settembru 2016 li se jitqassam fid-djar kollha ta’ Għawdex, aġenziji tal-ivjaġġar, uffiċċji tat-turiżmu u lukandi kollha f’Malta u Għawdex.

Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-inawgurazzjoni taċ-Ċittadella jaħsbu biex il-flus allokati jagħtu lura valur miżjud lill-post innifsu. Għalhekk, aktar milli logħob tan-nar u spejjeż oħra f’affarijiet li jgħaddu, #ĊittadellaGozo se jkun qed iwelled iċ-CittadellaApp—applikazzjoni li toffri esperjenza ogħla u aktar raffinata lill-viżitatur.

Din l-applikazzjoni taqbad mal-Wi-Fi pubbliku b’xejn ipprovdut fl-inħawi kollha taċ-Ċittadella u toffri lill-viżitatur servizz ta’ audio-guide b’xejn. Toffri ukoll aktar informazzjoni interattiva dwar xejn inqas minn 60 attrazzjoni fiċ-Ċittadella. Iċ-CittadellaApp se tinkludi ukoll 360o video maħdum bit-teknoloġija 3-dimensjonali li juri ċ-Ċittadella lill-viżitatur minn angoli li huma ferm diffiċli li wieħed jaċċessa.

Anton Refalo qal li l-attivitajiet jibdew bil-ftuħ uffiċjali mill-Prim Ministru Joseph Muscat nhar it-30 ta’ Ġunju u attività kbira—Swar u Ħajja—nhar is-Sibt 9 ta’ Lulju 2016 bejn is-7.30pm u nofsillejl. F’dan il-lejl, madwar 60 attrazzjoni fiċ-Ċittadella se tkun miftuħa għall-pubbliku, b’numru ta’ esibizzjonijiet, kunċerti u spettakli minn artisti Għawdxin, Maltin u anki barranin.

L-attivitajiet imbagħad ikomplu matul is-sajf. 

mgozcittadella

Ritratt: MGOZ George Scerri

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend