Kmieni waranofsinhar, Ingliż tilef ħajtu fil-bajja ta’ Ħondoq ir-Rummien, Għawdex, wara li ntlaqtet minn dgħajsa waqt li kien qed jgħum.
Malli sid id-dgħasja, ġuvni ta’ 19-il sena residenti n-Nadur induna b’dak li ġara tella’ lill-vittma fuq id-dgħajsa, Ingliż ta’ 76 sena residenti ix-Xagħra, u ħadu fuq il-bajja fejn ingħata l-ewwel għajnuna u ttieħed immedjatament l-Isptar permezz t’ambulanza.
Fuq il-post kien hemm membri tal-Pulizija, Patrol Boat tal-Forzi Armarti u numru ta’ paramediċ.
Bil-każ ġie infurmat il-Magistrat tal-Għassa Dr P. Coppini LLD li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.
U hekk fetah l-istagun … issa imiss ir-Ramla fejn il-hbula twahhlu metri ‘l gewwa mis-sena l-ohra. Dan b’inqas spazju ghall- ghawwiema. U qed naraw id-dghajjes itelqu, biz-zejt u d-dahna li jhallu warajjhom…. apparti il-muzika qawwija li tista tghid li l-bajja ma ghadiex il-post tal-mistrieh li jfittxu bosta! Prosit ghal min taha il-bandiera blu u jhallu dawn il-praspar jsehhu fid-dawl tax-xemx. Il-hsibijiet mal-qraba tal-vittma …