Oppożizzjoni mifxula – Gvern li qed iwettaq – One News

Notifiki

Oppożizzjoni mifxula – Gvern li qed iwettaq

F’dawn l-aħħar jiem ma naqsux l-iskandli ta’ xi membri tal-Oppożizzjoni li abbużaw bil-poter meta kienu suppost qed imexxu lil pajjiżna. Il-każ tal-Perit Toni Bezzina huwa wieħed li reġa’ ġab fix-xejn l-istandards tal-Kap tal-Oppozizzjoni Simon Busuttil, li għal darb’oħra reġa’ kien dgħajjef u ma ħa l-ebda passi.

Qegħdin nisimgħu bħalissa wkoll dwar il-każ ta’ Tonio Fenech bħala direttur ta’ kumpanija li grazzi għal Tonio, pajjiżna spiċċa fuq il-midja Żvediża u fejn saħansittra kellna wkoll ġurnalista Żvediża li ġiet hawn Malta biex issegwi dak li Tonio Fenech għamel.

Minkejja li dawn l-affarijiet li semmejt m’huma xejn sbieħ, iżda l-punt li nixtieq naċċenna fuqu huwa dwar d-differenzi kbar li hemm bejn dak li jgħid il-Kap tal-Oppożizzjoni għal dak li jwettaq. Kif dejjem ngħidu bil-kliem tgħid ħafna iżda bil-fatti mhux dejjem.

Dan huwa dak li hu Simon Busuttil. Biex jiċċerċer quddiem xi folla nies, jieħu l-ewwel. Biex jimpressjona dwar l-istandards, jieħu l-ewwel. Biex ibella’ r-ross bil-labra lin-nies jieħu l-ewwel – Iżda biex jaġixxi u jiddeċiedi għal dak li huwa stess jgħid – ifalli bil-kbir.

Jekk wieħed jara ftit x’għandu madwaru l-Kap tal-Oppożizzjoni wieħed ma jdumx ma jikkonkludi li jekk tagħsarhom flimkien, sugu ma joħrog xejn. Li joħrog żgur huwa, li fil-passat tagħhom, żgur li hemm xi tikka jew tnejn fejn tiddelinea xi forma ta’ malpractice.

Għalhekk, l-elettorat hemm barra qed jistenna mill-Kap tal-Oppożizzjoni li qabel mal-Partit Nazzjonalista jitkellem dwar tmexxija ta’ pajjiż, l-istess partit għandu jissaffa u jitnaddaf u l-ewwel u qabel kollox, għandu jkollu Kap li jkun quddiem il-prova, ikun kapaċi jieħu passi u deċiżjonijiet, u mhux jilgħab gallarija.

X’differenza minn Joseph Muscat u dan il-Gvern. Sa mil-bidu li leħaq mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat wera mil-bidu li kellu viżjoni u li kien mexxej li kapaċi jiddeċiedi u jieħu d-deċiżjonijiet, anki jekk xi drabi ma kinux faċli. Joseph Muscat nissel id-determinazzjoni tiegħu fil-Partit Laburista, fil-partitarji Laburisti u saħansittra fil-Poplu Malti u Għawdxi kollu.

Hekk kif il-Poplu tah il-mandat li jmexxi li dan il-pajjiż, Joseph Muscat bħala Prim Ministru ma beżax jibqa’ jieħu deċiżjonijiet iebsa għal ġid tal-fiduċja fil-politika Maltija. Ma beżax idaħħal standards għoljin, iżda wera determinazzjoni li jnaddaf il-politika Maltija għaliex il-poplu Malti u Għawdxi kien imdejjaq b’politika maħmuġa u li donnu xejn ma kien xejn.

Il-ġid li għaddej minnu dan il-pajjiż huwa sforz ta’ deċiżjonijiet għaqlin li ħa dan il-Gvern. Sforz ta’ viżjoni u fiduċja fil-Poplu. Illum għandna Gvern li jieħu sodisfazzjon kbir li jarak taħdem u tirnexxi sforz l-opportunitajiet li qed joħloq f’dan il-Pajjiż. Gvern li jarak kburi li qed tirnexxi irrelevanti int min int u x’kulur int. Illum għandna Gvern li għandu politika li tapplika għal kulħadd u mhux għal nofs pajjiż. Gvern li fl-aħħar mill-aħħar għandu għal qalbu l-pajjiż kollu u l-Maltin u Għawdxin kollha.

Kemm għandna nkunu kburin li qed ngħixu dawn iż-żminijiet. Malta tagħna li qed tirnexxi u tagħmel suċċessi kbar. L-għażla li għamel il-Poplu Malti tlett snin ilu qed tissarraf f’ġid kbir għalina u għal uliedna. Ejjew nkomplu lkoll flimkien naħdmu sabiex naraw lil dan il-pajjiż ikompli jġib ir-riżultati li għal ħafna żmien kien imċaħħad minnhom.

Kap tal-Oppożizzjoni li lanqas biss jiddeċiedi fuq dak li jgħid huwa stess – Prim Ministru determintat li dak li pajjiżna ġie miċħud minnu għal dawn l-aħħar 25 sena jirkuprah u jagħtih lill-poplu Malti fl-ewwel 3 snin ta’ ħidma.

Hemm baħar jaqsam bejn it-tnejn u għalhekk lil Simon kif tista’ tafdah…

Ta’ QabelLi Jmiss

3 Comments

  1. What do you expect from Simon….you yourself I think have had the experience of being close to Dr Simon nobody

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend