Notifiki

Lift għall-persuni b’diżabilità fix-Xewkija

Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana żaret proġett li ffinanzjat minn fondi allokati mis-Segretarjat Parlamentari li tmexxi hi li permezz tiegħu l-pjazza tax-Xewkija saret waħda aktar aċċessibbli. Permezz ta’ dawn il-fondi ġie installat lift għall-persuni b’nuqqas ta’ mobbilità biex ikunu jistgħu jużaw servizzi eżistenti fil-pjazza tax-Xewkija.

Caruana faħħret il-Kunsill Lokali tax-Xewkija talli mexxa dan il-proġett u talli llum permezz tiegħu aktar anzjani u persuni b’diżabilità jistgħu jagħmlu użu minn dawn il-faċilitajiet eżistenti fix-Xewkija. Qalet li dan huwa l-ispirtu u l-eżempju li jrid jittieħed minn kunsilli lokali oħrajn biex joħolqu komunitajiet aktar aċċessibli għall-kulħadd.

Hija qalet li l-politika addottata mill-Gvern tpoġġi l-aċċessibilità bħala waħda mill-għanijiet ewlenin tas-Segretarjat Parlamentari tagħha u għalhekk is-Segretarjat Parlamentari li tmexxi hi qiegħed jassisti kemm jista jkun biex jinħolqu aktar komunitajiet aċċessibli madwar Malta u Għawdex.

Ikkonkludiet billi rringrazzjat lis-Sur Sindku tal-Lokalità tax-Xewkija, is-Sur Paul Azzopardi tal-impenn tiegħu f’dan il-proġett u fi proġetti oħra bħall-dawk ta’ ċentru t’anzjanità attiva ġdid fix-Xewkija li llum qiegħed jopera u li qiegħdin jattendu għall-programm tiegħu numru sabiħ t’anzjani minn Għawdex.

Min-naħa tiegħu s-Sur Paul Azzopardi esprima s-sodsifazzjon tiegħu għall-għanijiet li ntlaħqu permezz ta’ dan il-proġett u rringrazzja lis-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana ta’ dan il-proġett.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend