Jum il-Missier aktar speċjali – One News

Notifiki

Jum il-Missier aktar speċjali

Jum il-Missier kien aktar specjali mis-soltu għal Jesmond Zammit, missier ta’ żewg ulied, li waħda minnhom, Anthea, is-Sibt filgħaxija rebħet it-titlu ta’ Miss World Malta, wara li sena ilu kisbet unur f’kompetizzjoni taż-żfin.

Zammit jgħid li minkejja li huwa kburi biż-żewġ uliedu, Anthea u Adriana, dak li ġara s-Sibt għamlu kburi iżjed għax qed jara l-frott tad-dixxiplina li biha rabba lill-uliedu.

Minkejja l-ħajja impenjattiva u attiva li jgħix Jesmond, huwa xorta jsib il-ħin għall-familja, u jgħid li l-impenji tiegħu jgħinu lil uliedu.

Intant, Anthea ssostni li missierha kellu rwol kbir fis-suċċess tagħha.

Miss-Malta

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend