“Għadni ma nistax nemmen x’ġara” – One News

Notifiki

“Għadni ma nistax nemmen x’ġara”

Ftit sigħat wara li kienet inkurunata bħala Miss World Malta 2016, Anthea Zammit, qalet li għadha ma tistax temmen x’ġara u tinsab bla kliem.

“Inħossni qed ngħix ħolm. Ilna ħafna naħdem għas-serata tal-bieraħ. Kemm fuq livell individwali kif ukoll livell kollettiv mal-kontestanti l-oħra.”

Hija awgurat lid-29 kontestanta l-oħra għas-suċċess li nkiseb ilbieraħ. Irringrazzjat lil Sue Rossi u Claudia Calleja u lil dawk kollha li emmnu fiha u baqgħu jagħmlulha kuraġġ sal-aħħar.

“Ninsab eċitata immense u għas-sena li ġejja u nwiegħed li se nagħmel l-almu tiegħi biex nagħti l-aħjar prestazzjoni f’isem pajjiżi.”

Zammit tħalli pajjiżna fit-22 ta’ Novembru li ġej biex tipparteċipa f’Miss World, f’Washington, l-Amerka.

Intant, Mr World Malta 2016 huwa Timmy Puschkin. Huwa kien rebbieħ minn 15-il parteċipant.

MrMalta

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend