Tonio Fenech jiddefendi l-pożizzjoni tiegħu – One News

Notifiki

Tonio Fenech jiddefendi l-pożizzjoni tiegħu

L-eksMinistru Nazzjonalista, Tonio Fenech, huwa konxju tal-ħsara li saret lis-servizzi finanzjarji bil-każ tal-Falcon Funds. Iżda fl-istess ħin jibqa’ jsostni li hu u l-fond li tiegħu hu direttur imxew tajjeb.

Lil Fenech staqsejnih wara li fl-aħħar jiem l-Aġenzija Svediża għall-pensjonijiet iddeċidiet li tneħħi l-Falcon Funds mill-pjattaforma tagħha b’effett immedjat.

Minkejja li Falcon Funds kien sospiż u eventwalment imneħħi mill-Iżvezja minħabba aġir meqjus bħala frodulenti, Fenech isostni li dak li sar kien kollu tajjeb.

Tonio Fenech huwa wieħed mid-diretturi ta’ Falcon Funds, u l-komunikazzjoni minn naħa tal-Isvediżi saret miegħu. Il-fatt li kien eksMinistru tal-Gvern wassal ukoll għall-attenzjoni tal-midja barranija.

Fuq kollox Tonio Fenech qal li se jerfa’ r-responsabbilta bħala direttur. Iżda, fid-dawl li huwa wkoll politiku ma ta ebda indikazzjoni li se jerfa’ xi tip ta’ responsabbiltà politika.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend