NAPULE: Festa ta’ mużika u ikel Taljan u Naplitan – One News

Notifiki

NAPULE: Festa ta’ mużika u ikel Taljan u Naplitan

Napule ser terġa tittella’ għat-tieni sena konsekuttiva wara s-suċċess kbir tal-ewwel edizzjoni li matulu attendew eluf ta’ Maltin fir-Rabat.

Din is-sena wkoll ser ikun hemm festa ta’ mużika Taljana u Naplitana madwar it-toroq prinċipali Rabtin. Mużika kollha live permezz ta’ Spiteri Lucas Entertainment u Paul Abela Band flimkien ma numru kbir ta’ kantanti magħrufa bħal Debbie Scerri, Ludwig Galea, Neville Refalo, Georgina, Roger Tirazona, Aldo Busuttil u Olivia Lewis.

Ser ikollna wkoll magħna numru ta’ koki u pizzara Naplitani li ġejjin Malta għal din l-okkażjoni inkluż il-pizzara Naplitani li għadhom kif kisru r-rekord dinji tal-itwal pizza. Msajra fil-fran Naplitani u bi prodotti Naplitani ser tkunu tistgħu dduqu l-pizza kif msajra min-nies li vvintawha.

Din is-sena wkoll ser ssir il-pizza fritta li hija tradizzjoni oħra Naplitana ta’ pizza magħluqa moqlija.

Ser ikun hemm parkeġġ provdut fil-grounds ta’ Sant’Agatha u Park and Ride min Triq l-Infetti, taħt is-Saqqajja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend