€8,000,000 fuq 17-il kilometru ta’ toroq f’Għawdex – One News

Notifiki

€8,000,000 fuq 17-il kilometru ta’ toroq f’Għawdex

Fi tliet snin biss kienu investiti madwar €8,000,000 fuq 17-il kilometru ta’ toroq li ħafna minnhom jieħdu lil dak li jkun fil-qalba tal-irħula u l-komunitajiet.

Mark Formosa, Direttur tad-Dipartiment tat-Toroq f’Għawdex, kien ikkwotat jgħid mill-gazzetta KullĦadd li l-bżonn ta’ titjib kien ilu jinħass. “Mhux għax qabel ma sar xejn, imma ma tistax tgħid li ma kienx hawn toroq li kienu ilhom bżonjużi għal bosta snin,” qal Formosa.

aaaTkellem ukoll dwar proġetti ewlenin: “Għamilna toroq bħalma huwa l-pipeline minn Ta’ Ċenċ għal Ħondoq u diversi toroq importanti oħra bħal Vjal it-8 ta’ Settembru fix-Xagħra, it-toroq tad-Dawwara u ħafna oħrajn. Kien hemm resurfacing qawwi, iżda mhux biss. Kien hemm ukoll il-bidla ta’ diversi servizzi fosthom tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u l-Enemalta.”

Formosa qal li dan ix-xogħol kollu wassal biex l-ilmenti naqsu, għalkemm mhux minn kullimkien. Min it-triq li juża ta’ spiss għadha ma saritx, xorta waħda jibqa’ mħasseb u forsi rrabjat.

“It-toroq ma tantx kienu fi stat tajjeb u kien qed ikollna ħafna ilmenti. Din kienet waħda mill-kwistjonijiet li l-poplu Għawdxi kienet qed jinkwetah, u hemm min għadu. Għad fadal toroq xi jsiru u li se nagħmlu. Pereżempju issa ħareġ it-tender għal Triq Ta’ Sannat biex nagħmlu dak magħruf bħala l-Qasam. Għandna tenders oħra bħalma huma ta’ Mġarr ix-Xini fejn se nirranġaw it-triq li twassal għal Imġarr ix-Xini fid-dawl li l-post sar iktar popolari anke wara l-film ta’ Angelina Jolie u Brad Pitt, u hemm ukoll proġetti oħra,” kompla jispjega Formosa.

Formosa qal li l-Ministeru ta’ Għawdex qed jagħti importanza kbira lill-aspett infrastrutturali. “Jekk ikollok it-toroq tajbin il-prodott Għawdxi se jkun aħjar. Nippruvaw nieħdu approach sħiħ fejn ix-xogħol infrastrutturali nintegrawh mat-turiżmu u l-komunità,” temm jgħid Formosa.

aa

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

1 Comment

  1. mhux hekk, ghax ghawdex mutur ekonomiku, ara ż-żejtun, 1.8 m triq ilhom itellaw u jniżlu jgħamluwiex jew lanqas naf kemm!!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend