Agrikoltura u annimali: l-MCAST itella’ wirja – One News

Notifiki

Agrikoltura u annimali: l-MCAST itella’ wirja

Iċ-ċentru agrarju u tax-xjenza tal-annimali tal-MCAST se jiftaħ il-bibien tiegħu għall-pubbliku matul tmiem il-ġimgħa.

Dawk li se jattendu żgur li se jibqgħu impressjonati bil-proġetti li ħejjew l-istudenti, l-annimali, frott u ħxejjex lokali. Ta’ kull sena l-istudenti jimpenjaw ruħhom fi proġetti li jvarjaw minn sistemi agrarji, tagħmir tal-annimali kif ukoll sistemi awtomatiċi biex jitimaw l-annimali.

Ma jonqosx ukoll il-bejgħ t’annimali imrobbija f’rzizet lokali kif ukoll l-aqwa ħxejjex u frott mill-għelieqi li jipprovdu l-aqwa tomiet u kuluri Mediterranji.

Il-Ġimgħa filgħodu l-Minsitru Evarist Bartolo u s-segretarju parlamentari Roderick Galdes żaru din l-eżebizzjoni, u esprimew sodisfazzjon għall-mod ta’ kif dawn iż-żagħżagħ qed jixprunaw ideat u sistemi ġodda biex jinkisbu riżultati iktar b’saħħithom fil-biedja u t-trobbija tal-annimali.

mcast

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend