Il-Prim Ministru jisma’ dwar ir-rigal li huma wliedna – One News

Il-Prim Ministru jisma’ dwar ir-rigal li huma wliedna

“Uliedna rigal” huwa ktieb li kien preżentat dalgħodu lill-Prim Ministru mill-grupp Drachma LGBTI u Drachma Parents Group.

Wara tmien snin jisimgħu esperjenzi differenti ta’ xulxin, ġenituri ta’ persuni LGBTIQ xtaqu jiddokumentaw l-istejjer li semgħu, għaliex qatt ma kien hawn ġabra ta’ kitba simili bil-Malti.

Il-ġenituri qalu li l-ktieb jista’ jservi ta’ għodda għall-ġenturi, edukaturi u anke għall-korp tal-Pulizija, li lkoll ikollhom xi darba jew oħra inkontru ma min hu LGBTIQ. Fil-ktieb hemm ukoll aspett reliġjuż u riflessjonijiet dwar il-metalità f’pajjiżna. L-għan aħħari hu li l-ġenituri u s-soċjetà jaslu jifmhu aktar lill-persuni LGBTI.

Preżenti kien hemm  wkoll il-Ministru Helena Dalli u Evarist Bartolo.

20160609_101347(0)

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend