Traffikant tal-immigranti estradit lejn l-Italja – One News

Notifiki

Traffikant tal-immigranti estradit lejn l-Italja

Raġel Eritrean involut sew fit-traffikar tal-immigranti mill-Afrika lejn l-Ewropa kien estradit lejn l-Italja. Mered Medhanie, magħruf bħala l-Ġeneral u għandu 35 sena, kien miżmum fis-Sudan f’Mejju u ttieħed lejn Ruma fil-jum tat-Tlieta. L-Aġenzija Nazzjonali Ingliża tal-Kriminalità qalet li hu maħsub li huwa rranġa l-vjaġġ ta’ dgħajsa mil-Libja li għerqet viċin Lampedusa fl-2013. Dakinhar, 359 immigrant mietu. L-investigazzjoni fuq Medhanie qed titmexxa minn investigaturi f’Palermo. Mistenni jitressaq il-Qorti fil-jum tal-Erbgħa.

Il-gazzetta Taljana Corriere Della Sera qalet li l-Eritrean kien jiftaħar li għandu konnessjonijiet ma’ uffiċjali lokali f’Tripli u kellu network ta’ ħaddiema fl-Italja. Intqal ukoll li kull immigrant kien ikollu jħallas sa €5000 biex jivjaġġa lejn l-Ewropa fuq vjaġġi tal-istess Medhanie.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend