Notifiki

Ebda fjuri mill-PN għall-vittmi tas-Sette Giugno

Għat-tieni sena konsekuttiva, il-Partit Nazzjonalista ma kienx rappreżentat bħala partit għaċ-ċerimonja li tfakkar il-vittmi tas-7 Giugno, waħda mill-ikbar u l-iktar grajjiet importanti fl-istorja ta’ pajjiżna.

Meta s-sena li għaddiet Rosette Thake inħatret Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, l-ewwel impenn tagħha kien propju din-iċ-ċerimonja, iżda ma kinitx attendiet.Dakinhar l-iskuża li nġiebet kienet li minħabba li Thake kienet ġdida fil kariga kien hemm ftit tgerfix dwar min irċieva l-invit bejnha u Chris Said, li kien Segretarju Ġenerali qabilha. Sena wara, mhux magħruf għaliex ħadd mill-amministrazzjoni tal-Partit Nazzjonalista ma ħassx li għandu jagħti ġih lil din il-festa nazzjonali.

F’isem il-Partit Laburista, kien il-Viċi President tal-amministrazzjoni Louis Gatt li poġġa l-fjuri f’riġlejn il-monument tas-7 Giugno. Bħal dejjem il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni poġġew il-fjuri fl-irwol kostituzzjonali tagħhom.

Ta’ QabelLi Jmiss

8 Comments

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend