Websites, opri u dgħajjes – ħidma bejn studenti Maltin u Olandiżi – One News

Notifiki

Websites, opri u dgħajjes – ħidma bejn studenti Maltin u Olandiżi

L-MCAST u l-Fondazzjoni Valletta 2018 ħabbru kollaborazzjoni importanti ma’ Leeuwarden, il-belt li flimkien mal-Belt Valletta se tkun il-Kapitali Ewropea tal-Kultura, u enfasizzaw il-proġetti proposti li se jsiru ma’ żewġ kulleġġi fir-reġjun, jiġifieri, il-Friesland College u Roc Friese Poort.

 

Dawn l-aħħar ġimgħat, diversi letturi u studenti minn Friesland College ġew Malta u, bħalissa, ħames studenti Olandiżi qegħdin jikkollaboraw ma’ studenti tal-MCAST f’Malta fuq web portal li jservi ta’ pont bejn in-nies taż-żewġ pajjiżi. Il-portal connect2018.org se jiġi mniedi fl-aħħar ta’ Lulju.

Studenti tal-MCAST se jaħdmu ma’ studenti minn żewġ kulleġġi, Friesland College u Roc Friese POORT, fuq diversi proġetti.  Dawn huma wħud biss uħud minnhom.

Web portal

Dan se jservi ta’ rabta mal-industrija u l-partijiet interessati, fiż-żewġ pajjiżi. Permezz ta’ dan il-portal, se jiġu esibiti u ddokumentati proġetti mill-oqsma kollha ta’ studju marbuta ma’ Valletta 2018 u Leeuwarden 2018.

Ktieb għat-tfal

Tliet kittieba minn Malta u l-Olanda se jiġu magħżula u mitluba jiktbu tliet stejjer qosra għal tfal ta’ bejn ħames snin u ħdax-il sena. Il-kittieba għandhom jużaw iż-żewġt ibliet Kapitali Ewropej tal-Kultura bħala sfond għall-istejjer tagħhom.

Il-proġett tal-opra

Dan se jkun adattament sperimentali tal-Aida f’Ġunju/Lulju 2018 ġewwa Spanga, l-Olanda u f’Awwissu 2018 fi Pjazza Teatru Rjal, il-Belt Valletta.  Il-produzzjoni se tinvolvi kast internazzjonali ta’ 7 solisti, orkestra Olandiża u kor Malti ta’ bejn 25 u 30 kantant. L-isfond se jkun kuntest kontemporanju ta’ gwerra ġewwa s-Sirja, l-Eġittu u l-Etjopja. Se tintuża l-mużika oriġinali ta’ Verdi.

It-twaqqif ta’ entitajiet kummerċjali

Studenti tal-MCAST u Roc Friese Poort se jwaqqfu entitajiet kummerċjali reali li jikkummerċjalizzaw il-prodotti u s-servizzi. In-natura tal-prodotti u tas-servizzi li se jinħolqu u jiġu offruti se jiġu deċiżi mill-istudenti nfushom.

 

L-isfida tad-dgħajsa solari

It-tliet kulleġġi qegħdin jiddiskutu wkoll l-possibilità li jipparteċipaw fl-Isfida tad-Dgħajsa Solari Olandiża fl-2018.  Studenti u letturi tal-inġinerija se jaħdmu flimkien biex jibnu dgħajsa solari u jikkompetu ma’ pajjiżi oħrajn waqt l-Isfida tad-Dgħajsa Solari Olandiża annwali li tibda f’Amsterdam u tispiċċa f’Leeuwarden.

jason

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend