Ħabs għal Messi? – One News

Notifiki

Ħabs għal Messi?

Lionel Messi, il-footballer tal-Arġentina u Barċellona, mistenni jixhed f’Qorti Spanjola dwar frodi.

Messi u missieru Jorge, li jieħodlu ħsieb l-affarijiet finanzjarji, jinsabu akkużati li frodaw lill-awtoritajiet Spanjoli aktar minn €4 miljun bejn l-2007 u l-2009.

Awtoritajiet Spanjoli allegaw li Lionel u Jorge Messi ħbew qliegħ f’Belize u l-Uragwaj, biex b’hekk ma ħallsux taxxi. L-Ispanjoli qed jitolbu multi kbar u sentezi ta’ priġunerija. Kemm Lionel Messi u kemm missieru ċaħdu li kisru l-liġi.

Minħabba l-kawża, Messi tilef parti mill-preparamenti għall-Copa America, li jibdew nhar il-Ġimgħa fl-Istati Uniti. L-ewwel logħba tal-Arġentija hija nhar it-Tnejn 6 ta’ Ġunju.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend