Kemm lest tħallas għal xi ħaġa ta’ Pelé? – One News

Notifiki

Kemm lest tħallas għal xi ħaġa ta’ Pelé?

Pelé, dak meqjus minn ħafna bħala l-aqwa player, għażel li jinfired mill-kollezzjoni sħiħa ta’ medalji u premji li akkumula tul il-karriera tiegħu.

Il-Brażiljan, li wassal lit-tim tiegħu għar-rebħ tat-Tazza tad-Dinja tliet darbiet u li kien il-Player tas-Seklu skont Fifa, qed ibiegħ litterlament kollox: mir-replika tiegħu tat-trofew Jules Rimet sa ċurkett ta’ kampjonat tal-1977.

Aktar minn 2,000 se jkunu disponibbli f’irkant – oġġetti li jmorru lura għal meta Pelé beda l-karriera professjonali tiegħu fl-età ta’ 15-il sena. Illum li għandu 75, żgur li se jdawwar eluf kbar minn din is-separazzjoni. L-irkant se jseħħ fuq medda ta’ tliet ijiem f’Londra u mistenni jattira 0fferti minn madwar id-dinja.

Screen Shot 2016-05-31 at 22.32.10

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend