MAĦTUF attakkant tal-Olympiakos – One News

Notifiki

MAĦTUF attakkant tal-Olympiakos

Serqu lil Alan Pulido, plejer internazzjonali Messikan.

Pulido għandu 25 sena u kien maħtuf fit-toroq ta’ Ciudad Victoria, il-kapitali tar-reġjun Tamaulipas. Pulido huwa striker u jilgħab għat-tim Grieg Olympiakos, minbarra li lagħab kemm-il darba mat-tim nazzjonali Messikan.

Forzi tas-sigurtà fil-Messiku niedew operazzjoni ta’ tfittxija maġġuri. Meta għeb kien viċin daru u kien għadu kemm telaq minn festin flimkien mal-għarusa tiegħu kmieni lbieraħ filgħodu, meta bosta trakkijiet daru l-karozza li kienu fiha. Sitt irġiel allegatament ħadu lill-attakkant billi użaw il-forza u ħallew lill-għarusa tiegħu fil-parkeġġ fejn seħħ l-inċident.

“Huwa żmien diffiċli, u l-ħsibijiet tagħna jinsabu m’Alan” kitbu Olympiakos bil-Grieg fuq Twitter.

Fil-Messiku hemm waħda mill-ogħla rati ta’ ħtif ta’ persuni. Huwa stmat li 1,000 persuna tkun maħtufa kull sena. Oħrajn jinsistu li l-ammont huwa għaxar darbiet aktar minn dak li tgħid statistika uffiċjali.

Screen Shot 2016-05-30 at 06.49.07

 pulidoandgirl

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend