Donald Tusk jispara tir u jiġri fi Brussell – One News

Notifiki

Donald Tusk jispara tir u jiġri fi Brussell

Il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk dalgħodu qam jagħmel b’ġirja izda din id-darba b’differenza. Flimkien ma’ bosta nies il-President Tusk iddeċieda jagħmel dan il-ġirja ta’ 20 kilometru li qed issir fi Brussell sabiex juri solidarjeta’ ma’ dawk il-persuni  li spiċċaw vittmi tal-attakki terroristiċi li seħħew fil-Belt Ewropea nhar it-22 ta’ Marzu 2016.

Donald Tusk poġġa wkoll bukkett tal-fjuri fl-stazzjoni tal-METRO tal-Malbeek, fejn kienet saret waħda mill-bombi u li ħalliet diversi persuni mejta.

Din hija tellieqa li ilha ssir ta mill-1980, organizatta taħt il-patronaġġ tal-Kummissjoni Ewropea, Il-Parlament Ewropew u wkoll il-Kunsill Ewropew. It-tellieqa bdiet għall-ħabta tal-10 ta filgħodu.

Kien huwa li spara tir fl-arja, biex tingħata bidu għat-tellieqa.

tusk4

 

tusk

 

tusk2

 

tusk3

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend