Il-Prim Ministru fuq bastimenti tas-salvataġġ – One News

Notifiki

Il-Prim Ministru fuq bastimenti tas-salvataġġ

Il-Prim Ministru Joseph Muscat żar il-bastimenti tas-salvataġġ tal-MOAS, il-Phoenix u Topaz Responder.

Dawn se jkunu qed joperaw fil-Mediterrawn u jbaħħru fis-sitta ta’ Ġunju. Kelliema mill-MOAS qalu li qed jistennew staġun bieżel daqs, u forsi aktar, minn tas-sajf li għadda. Dan anke fid-dawl tat-traġedja ta’ din il-ġimgħa, fejn dgħajsa bl-immigranti inqalbet u ntilfu l-ħajjiet.

Il-bastimenti jħaddnu riżorsi bażiċi, bħall-assistenza medika li jkollhom bżonn l-immigranti. Kull bastiment iħaddan crew ta’ ‘l fuq minn 20 ruh u normalment idum madwar 25 jum fuq il-baħar, jikkopera dejjem mal-kwartieri tas-salvataġġ f’Ruma.

moas2

moas3

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend