Ġieħ lil Kilin fir-Rabat – One News

Notifiki

Ġieħ lil Kilin fir-Rabat

L-għajn ta’ San Bastjan, iż-Żmien Isajjar il-Bajtar u Għajnejn Kalanġ. Dawn huma tlett kitbiet ewlenin ta’ Kilin.

Kilin li ismu propja kien Mikiel Spiteri jibqa’ wieħed mill-kittieba popolari fil-letteratura Maltija.

Il-kittieb li kien magħruf għal karattru sod u l-passjoni li kellu lejn il-Malti twieled ir-Rabat u għalhekk kien xieraq li l-lokalità li tant ħabb tonorah permezz ta’ bust.

Bust li tpoġġa maġenb l-iskola primarja tar-Rabat, proprju fit-triq fejn Kilin kiteb dwar ħafna mill-memorji ta’ tfulitu, fil-ktieb l-Għajn ta’ San Bastjan.

Kilin kien iħobb tassew lill-familja u għalhekk ma setax jonqos li ħadna l-kummenti ta’ waħda minn uliedu.

“Ferħana ħafna, jiena waħda miż-żgħar ta’ Kilin. Ilni sentejn u tlett xhur naħdem fuq dan il-proġett u għenuni ħafna tal-Akkademja wkoll. Ferħana li fl-aħħar il-ħolma seħħet. U minbarra l-bust għandna l-ktieb, l-aħħar ktieb ta’ missieri jiġifieri, li għadu qatt ma ġie ppublikat u ħa joħroġ illum għall-bejgħ u l-flus kollha se jmorru għad-Dar tal-Providenza,” qalet bintu Rosalie Caruana.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend