Football, volleyball u l-Prim Ministru – One News

Notifiki

Football, volleyball u l-Prim Ministru

Infetħet it-12-il edizzjoni tal-Maratona tal-football u volleyball b’risq Puttinu Cares. Il-maratona qiegħda ssir il-Marsa u se tibqa’ sejra għal sittin siegħa, sa nhar il-Ħadd li ġej.

Se jkun hemm parteċipazzjoni minn studenti ta’ erba’ skejjel sekondarji, bil-għan li jinġabru flus għall-fondazzjoni li tagħti għajnuna lil dawk li jkollhom bżonn trattament għall-kanċer.

Bħalissa l-fondazzjoni Puttinu qed taħdem biex ikun hemm appartamenti ġodda f’Londra, sabiex jinkrew lill-pazjenti.

Il-Prim Ministru żar il-maratona wara li aktar kmieni nedietha il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca permezz ta’ kick-off.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend